Tarcisio Gatt ta’ 58 sena nstab ħati li waqt argument li kellu mal-inkwilin tiegħu refa’ idejh bil-konsegwenza li kkaġunalu ġrieħi gravi.
Il-każ li jmur lura għall-1 ta’ Diċembru tal-2020 f’appartament f’Wied il-Għajn.
Dan wara argument li nqala’ minħabba l-ħlas fil-pront tal-kera u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, wara li inqatgħet il-provvista fl-istess apparament.
Il-vittma li mhux qed jgħix f’Malta ma xehedx fil-Qorti, iżda bagħat raġel li kien jgħix miegħu.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello innotat kif ix-xhieda tal-imputat ma kinitx konsistenti filwaqt li sabitu ħati li ħebb għall-vittma.
Madanakollu, il-Qorti illiberat lill-imputat bil-kundizzjoni li ma jagħmel ebda reat fi żmien sentejn.