Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Maratona li se tiġi organizzata minn SportMalta u Transport Malta il-Ħadd 6 ta’ Marzu. L-attivita’ bl-isem ‘Sportmalta Charity Marathon’ se tkun qed tiġbor fondi b’risq il-fondazzjoni ‘Puttinu Cares’ u se ssellem lill-ex atleta u onkologu Dr Victor Calvagna li miet ftit tal-ġimghat ilu.
It-tluq se jsir mir-Rabat filwaqt li tintemm ix-xatt Tas-Sliema. Il-Maratona tibda fis-06.30 ta’ filgħodu filwaqt li n-Nofs Maratona titlaq fis-07.00.
Il-ħinijiet għall-Maratona u n-Nofs Maratona se jkunu ħinijiet ufficjali. Se jkun hemm ukol premjijiet għar-rebbieħa.
L-avveniment se jkun qiegħed isir ukoll bil-kollaborazzjoni ta’ Athletics Malta , Bkara SJ, Agones u esperti oħra f’dan il-qasam.
L-applikazzjonijiet jistgħu isiru minn https://sportmalta.mt/events/.
Il-ħlas hu ta’ €20 u wieħed ikun jista jiġbor goodie pack mill-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq f’dawn id-dati:
2 ta’ Marzu 15:00 sa 19:00, 3 u 4 ta’ Marzu 07.30 sa 19:00, 5 ta’ Marzu 07.30 sa 12:00
SportMalta ħabbret ukoll li għandha servizz ta’ għajnuna għal kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar din il-Maratona. Dan jista’ jsir jew permezz ta’ messenger jew b’email fuq info@sportmalta.org.mt