L-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu, il-FATTA laqgħet b’mod pożittiv l-aħbar li l-Gvern, anke fuq pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, naqqas il-perjodu tal-kwarantina għall-kuntatti primarji ma’ xi ħadd pożittiv bil-Covid-19.
Il-FATTA nnutat ukoll il-pjan sabiex mill-14 ta’ Marzu li ġej titneħħa r-restrizzjoni tal-użu tal-maskra fil-pubbliku.
L-Assoċjazzjoni appellat lill-awtoritajiet sabiex issa jibdew jikkunsidraw ineħħu bosta restrizzjonijiet oħra relatati mal-ammont ta’ nies li jista’ jkun hemm fuq minibuses, coaches, laneċ u dgħajjes tat-turisti.