Kien sinifikattiv ħafna l-irtirar f’daqqa ta’ tliet Deputati Nazzjonalisti wara li Bernard Grech indirizza l-midja u spiċċa weħel fl-ewwel proposta.
F’kitba fuq il-midja soċjali fejn ħabbret li rtirat, Kristy Debono qalet li ma temminx f’miżuri nofs sajran u qalet kif hija marret kontra r-rieda tal-Kap Bernard Grech b’din id-deċiżjoni.
“I am not one who believes in half-baked measures, never had and never will and it is therefore, that with a heavy heart and with much thoughtful consideration, against my leader’s wishes, my colleagues and my canvassers, I took the decision not to remain in the partisan political front line.”
Krsity Debono
Mario Galea qal li huwa ġie mwarrab mill-partit, minħabba li kien ilu żmien fil-partit.
“Nemmen ukoll bis-sħiħ li min iddedika ħajtu għall-partit u l-pajjiż bl-akbar onestà mingħajr qatt ma kien hemm l-iċken ombra ta’ dubju fuq l-onestà tiegħu m’għandux jintrema għas-sempliċi fatt li ilu jiġi elett.”
Mario Galea
Min-naħa tiegħu, Clyde Puli ppubblika ittra li bagħat lil Kap Bernard Grech u semma kif ħassu kburi jaħdem ma’ diversi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista għax kellu l-karigi iżda fi żmien Bernard Grech ma semmiex biex kien kburi.