Il-Presdient tal-Istati Uniti, Joe Biden, qabel dwar il-prinċipju li jittella’ summit flimkien mal-President Russu Vladimir Putin biex tiġi diskussa l-kriżi dwar l-Ukrajna.
Id-diskussjonijiet proposti minn Franza jittellgħu biss jekk ir-Russja ma tinvadix il-ġar tagħha, sostniet il-White House.
Il-laqgħa jaf toffri solluzzjoni diplomatika għal waħda mill-akbar kriżijiet tas-sigurtà li qatt esperjenzat l-Ewropa tul dan l-aħħar diċenju.