Lura f’Novembru, id-Diviżjoni kontra l-krudeltà fuq l-Annimali rċivew telefonata dwar kelba mejta li kienet mitfugħa fit-triq f’Austin, Texas. Iżda kif waslu u resqu fil-viċin il-kelba, li kienet mimlija ħmieġ, għadma u ġilda u lanqas tiċċaqlaq, indunaw li bdiet tieħu n-nifs.
“Kif indunajna li l-kelba kienet għadha ħajja iżda f’xifer il-mewt ħadniha ġirja sal-Isptar tal-Annimali fejn minn hemm bdew kura t’emerġenza,” sostniet waħda mill-uffiċjali.
Għall-ewwel ħadd ma ħaseb li l-kelba se tkun qed tirkupra, iżda b’determinazzjoni kbira l-kelba bdiet tmur għall-aħjar.
Illum il-ġurnata rnexxiela tirkupra bis-sħiħ u tinsab maħbuba għand familja kif mistħoqq.