Hemm paniku sħiħ fid-Dar Ċentrali wara li dalgħodu kien żvelat li Bernard Grech se jirtira mill-ħames distrett.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Ħadd li għadda insista li l-għażla tiegħu tal-ħames distrett hi frott il-konfużjoni.
Iżda, l-istrateġisti tiegħu talbuh imur fuq it-tnax-il distrett u din l-aħbar kienet żvelata dalgħodu.
Iżda, mill-mument li kienet żvelata l-aħbar il-Partit Nazzjonalista kellu rebus intern.
Speċjalment fid-dawl li għal Bernard Grech intalbu ma joħorġux kandidati oħra.
Is-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali qalu kif din bdiet ħażin l-ewwel ġurnata tal-kampanja għal Bernard Grech.
F’laqgħa taħraq id-Dar Ċentrali reġa’ kien ikkunsidrat li ssir bidla oħra.
Mhux eskluż li Bernard Grech iżomm it-tnax-il distrett xorta waħda, imma jitneħħa l-ħdax-il distrett elettorali.