Il-Partit Laburista nieda s-sit robertabela.mt
Dan is-sit se jkun qed jintuża biex jaġġorna l-poplu Malti u Għawdxi dwar kull attività li l-Partit Laburista se jkun qed jorganizza fil-kampanja elettorali bit-tema ‘Malta Flimkien’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq dan is-sit wieħed se jkun jista’ jibda jsegwi l-proposti kollha li se jitħabbru bħala parti mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li ġej.
Għada filgħaxija l-Partit Laburista se jorganizza attività politika fi Pjazza San Franġisk, Ħal Qormi.