Raġel ta’ 25 sena minn San Ġwann ammetta li bagħat filmati ta’ natura sesswali tal-eks sieħba tiegħu lil ommha u ħabibtha wara li telqitu.
Hu ġie mixli li xerred filmat mingħajr il-kunsens tagħha bl-intenzjoni li jikkaġuna ħsara emozzjonali, b’użu ħażin ta’ tagħmir elettroniku u b’theddid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti semgħet kif l-eks sieħba tiegħu telqet lill-imputat permezz ta’ messaġġ fuq il-mowbajl filwaqt li mblukkatu milli jagħmel kuntatt magħha.
Bi tpattija, hu bagħat dawn il-filmati lil ommha u lill-ħabiba tagħhom fuq il-pjattaforma ta’ Messenger.
Il-Qorti kkundannatu għal sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn filwaqt li ordnat li ma jistax jersaq lejn il-vittma għat-tliet li jmiss.