Emma Casey li għandha 35 sena mill-Irlanda u li tinsab Malta fuq btala ġiet ikkundannata sentenza sospiża ta’ ħabs u multa wara li ammettiet li ħebbet għal pulizija u kkawżatlu xi ġrieħi.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-pulizija daħlu f’bar fil-Belt biex ikellmu lil dawk responsabbli għalih sabiex jagħlqu il-bibien wara li l-bar baqa’ miftuħ wara l-ħin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien hawnhekk li ż-żagħżugħa Irlandiża li kienet ilha fil-bar mit-tlieta ta’ waranofsinhar infexxet tgħajjar lill-pulizija, ħebbet għalihom u kkaġunat ġrieħi ħfief fuq wieħed minnhom.
Intqal li hija kienet fis-sakra u ma ftakritx x’ġara.
Il-Qorti għaldaqstant ikkundannatha għal sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn u multa ta’ 800 ewro.