Dgħajjes Griegi u Taljani evakwaw mitejn u disgħin persuna li kienu abbord lanċa li ħadet in-nar viċin Korfu.
Il-lanċa telqet minn Igoumenitsa fil-Greċja u kienet fi triqtha lejn il-port Taljan ta’ Brindisi.
Malli bdew in-nirien, il-kaptan talab lill-passiġġieri u lill-membri tal-ekwipaġġ biex joħorġu mill-bastiment, u filmati juru l-lanċa tittiekel mill-ilsna tan-nar.
Rapporti qed jgħidu li hemm għaxar persuni rrappurtati nieqsa.
Il-maġġoranza tal-persuni fuq il-lanċa kienu ta’ nazzjonalità Taljana.
Il-gwarda tal-kosta Griega qalet li fuq id-dgħajsa kien hemm mitejn u disgħa u tletin passiġġier u wieħed u ħamsin membru tal-ekwipaġġ.