Fi stqarrija l-Ministru Anton Refalo iddikjara li mhuwa assolutament xejn minnu dak li qed jingħad fil-konfront tiegħu.
Saħaq li ma saret ebda tfittxija fid-dar tiegħu fuq allegazzjoni ta’ ‘stone marker’ iżda kien hu stess li stieden lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Nazzjonali sabiex iżżur ir-residenza tiegħu.
Refalo tenna kif kulħadd jaf bl-imħabba tiegħu lejn il-wirt kulturali u storiku Malti u għalhekk se jibqa’ jagħmel minn kollox sabiex ikompli jippromwovi l-preservazzjoni tiegħu.
Refalo saħaq li anki s-Supretendent tal-Patrimonju Malti ddikjara li huwa qed jikkopera bis-sħiħ ma’ tas-Sovrintendenza.