Il-Gvern ħabbar kif il-Kabinett approva li jkun hemm emendi dwar l-Art Agrikola tal-Gvern.
Fi stqarrija ntqal kif l-iskop ta’ dawn l-emendi huwa li jissimplifikaw il-proċessi attwali tal-Awtorità tal-Artijiet għat-trasferiment u għall-amministrazzjoni ta’ art, li hija propjetà tal-Gvern mogħtija bi qbiela.
L-għan ta’ dawn l-emendi huwa li jipprovdi soluzzjonijiet għal għadd kbir ta’ talbiet pendenti għat-trasferiment u għall-allokazzjoni ta’ fondi agrikoli.
F’din l-istqarrija tal-Ministru politikament responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet Silvio Schembri ntqal kif hawnhekk il-Gvern qed jissokta bil-wegħda tiegħu li jgħin lil dawk il-bdiewa kollha li jixtiequ jsostnu f’din l-attività f’settur tant importanti għall-ekonomija.
Intqal kif l-emendi proposti se jsolvu kwistjonijiet ta’ staġnar, li ilhom is-snin.
Fost dawn hemm li r-regolamenti l-ġodda għandhom ineħħu l-ostakli attwali għat-trasferiment ta’ art agrikola, anki bejn membri tal-familja.