It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo beda l-impenji tieghu fil-loghob ta’ kwalifikazzjoni ghall-Kampjonat Ewropew b’rebha meta fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq il-Gimgha filghaxija gheleb lill-Irlanda bl-iskor ta’ 28-4.
Kienet loghba bla storja bil-maltin immexxija mill-kowc Karl Izzo kellhom kontroll assolut tul il-loghba kollha. Team malti li rebah l-ewwel sessjoni 5-0. Jake Muscat fetah l-iskor wara ftit sekondi u l-istess Muscat irdoppja ftit wara. Penalty tal-captain Matthew Zammit ghamilhom 3-0 u l-istess Zammit skorja goal iehor ftit wara. L-ewwel sessjoni ghalqet b’goal ta’ Ben Plumpton.
Il-maltin rebhu t-tieni sessjoni 8-0. Il-goals waslu minn dopjetta ta’ Ben Plumpton, Dino Zammit u Jake Muscat flimkien ma’ goal kull wiehed ghal Zachary Mizzi u Matthew Zammit.
Malta rebhet it-tielet sessjoni 7-1. Goals skurjati minn dopjetta ta’ Dino Zammit u Matthew Mifsud flimkien ma’ goal kull wiehed minn Matthew Zammit, Ben Plumpton u James Gambin. McMahon Stiofan skorja ghall-irlandizi.
Malta rebhet ukoll l-ahhar sessjoni bi skor ta’ 8-3. Goals li waslu minn zewg goals ta’ Matthew Zammit, Jake Muscat u James Gambin flimkien ma goal kull wiehed minn Ben Plumpton u Nikolai Zammit.
F’loghba ohra l-Gimgha filghaxija r-Rumanija ghelbu lil Litwanja bl-iskor ta’ 14-1.
Malta terga’ tkun fl-azzjoni s-sibt filghaxija meta fis-6.30 tilghab kontra l-Litwanja. Qabel din il-loghba jilghabu r-Rumanija kontra l-Irlanda.
It-teams li jispiccaw fl-ewwel zewg postijiet fil-grupp jghaddu ghall-fazi finali tal-Kampjonati Ewropej li se jsiru l-Kroazja s-sajf li gej. Ir-Rumanija u Malta huma l-favoriti li jghaddu mill-grupp.