It-team Mercedes ipprezenta l-karozza ghall-istagun il-gdid tal-Formula 1 li jibda x-xahar id-diehel.
Il-karozza inghatat l-isem W13 u prezenti ghac-cerimonja ta’ prezentazzjoni kien hemm is-sewwieqa Lewis Hamilton u George Russell. Hamilton ikkonferma l-partecipazzjoni tieghu ghall-istagun li jmiss filwaqt li cahad li kien qed jikkunsidra li jirtira mill-karriera tal-Formula 1. Qal li wara l-kontroversja tal-Grand Prix ta’ Abu Dhabi kellu bzonn ftit zmien ta’ riflessjoni.
It-team Mercedes ilu tmien snin konsekuttivi jirbah il-kampjonat tal-kostrutturi u se jkun wiehed mill-isfidanti ewlenin mhux biss biex jirrepeti dan is-success izda li jerga’ jintrebah dak tas-sewwieqa mitluf is-sena l-ohra fl-ahhar Grand Prix ta’ Abu Dhabi.