Il-Papa Franġisku talab fil-presepju Malti, dan seħħ wara l-qari tal-vespri u Te Deum f’San Pietru, funzjoni li bdiet fil-17.00.
Wara l-Papa Franġisku mexa mil-Bażilika ta’ San Pietru u jidħol fil-presepju fejn ikollu ftit mumenti ta’ riflessjoni.
Il-presepju huwa xogħol l-artist Għawdxi Manwel Grech mgħejjun minn skwadra formidabbli, li huwa l-ewwel wieħed fil-Vatikan li sar minn persuni li mhumhiex Taljani.
Lil’hinn mix-xena tan-natività li mdorrijin naraw issoltu, f’dan il-Presepju twil dsatax –il metru mdawwar bi sbatax –il statwa ta’ karattri tipiċi Maltin, jiddomina luzzu – li jirrapreżenta lill-eluf ta’ persuni mġiegħla jitilqu minn pajjiżhom u jirriskjaw ħajjithom billi jaqsmu l-baħar bit-tama għal ħajja aħjar.
Kienu tifel Malti u ieħor Taljan li xgħelu flimkien il-presepju, li se jibqa’ mixgħul sat-tmienja ta’ Jannar.