Għaddej ġmielu x-xogħol ta’ tħejjijiet għall-attività politika tal-Partit Laburista, li se ssir fi Triq Sarria fil-Floriana nhar il-Ħadd li ġej fl-għaxra ta’ filgħodu.
Ma’ ONE News tkellem id-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit tal-Partit Laburista, Daniel Micallef.
“L-ewwel l-Imqabba, imbagħad Ħal Tarxien, nhar il-Ħadd se niltaqgħu il-Furjana. L-appell tiegħi għal dawk li qed isegwuna hu biex jingħaqdu mal-Prim Ministru Robert Abela, magħna mal-Partit Laburista, se nkunu hemm ilkoll flimkien sabiex insegwu l-messaġġ li għandu għalina l-Prim Ministru għalina proprju nhar il-Ħadd.”
Din l-attività politika qed issir skont il-protokolli kollha maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa.
Biex wieħed jattendi jista’ jirreġistra fuq is-sit partitlaburista.org jew iċempel fuq 20901751