Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, in-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà żdied fuq l-istess xahar ta’ sena qabel.
Dan apparti li l-valur tal-proprjetà mibjugħa laħqet il-mitejn u tnejn u tletin miljun u nofs ewro, li fissret żieda t’aktar minn ħdax fil-mija fuq sena qabel.
F’Jannar li għadda mbagħad naqas l-ammont ta’ konvenji rreġistrati.
Skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, in-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ f’Jannar li għadda kien ta’ elf, mija u erbatax.
Dan in-numru jiżboq dak ta’ Jannar tal-elfejn wieħed u għoxrin, b’aktar minn mitt kuntratt.