Se tidħol l-allowance miżjuda għall-carers, dik li qabel kienet il-pensjoni tal-wens. Il-benefiċċju żdied minn €105.30 fil-ġimgħa għal €140 fil-ġimgħa b’żieda ta’ €34.70 fil-ġimgħa jew €1.40 fis-sena. Il-kriterji sabiex wieħed ikun eleġibbli jinkludu li l-pazjent irid ikun ta’ dipendenza għolja u jistgħu japplikaw, sew persuni singoli kif ukoll dawk miżżewġa.
Hemm ukoll l-allowance għall-carers (CRA) li kienet tissejjaħ social assistance carers. Dan il-benefiċċju se jiżdied minn massimu ta’ €76.53 fil-ġimgħa, fis-sena 2016, għal massimu ta’ €90 fil-ġimgħa minn din is-sena. Dan ifisser żieda ta’ € 13.47 fil-ġimgħa jew €700.44 fis-sena.
L-ewwel pagamenti bir-rata l-ġdida mistennija jidħlu fis-seħħ fl-14 ta’ Jannar, 2017.