Din is-sena tfisser ukoll riforma fl-għajnuna lil dawk li jieħdu l-għajnuna marbuta mal-kera. Se jirdoppja s-sussidju u dawk li jibbenefikaw minnu. Minn massimu ta’ €83 fix-xahar telgħet għal massimu ta’ €160 fix-xahar. Il-persuni li jikkwalifikaw għal dan is-sussidju se jitilgħu minn 1,400 għal 2,800.
L-irduppjar tas-sussidju se jincentiva biex jiġu rregistrati l-kuntratti tal-kiri biex jinqata’ l-abbuż. Hawn se jinfetaħ il-means test – issa familja tikkwalifika anke jekk ikollha sa €23,000 il-bank, fejn qabel din is-somma kienet sa €10,000.
Iż-żieda fil-kera tal-housing li ddaħlet fl-2009 se tispiċċa u se jingħataw lura l-flus lil min ħallas din iż-żieda. Permezz ta’ proġett pilota għall-persuni li jikru l-propjetajiet u li jidħlu f’kuntratt ta’ 7 snin ma’ familji bi dħul baxx se jiġu intaxxati b’5% biss.