Fl-aħħar sigħat, fiequ 198 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 107 każijiet.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,775.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,228,924 doża tal-vaċċin, li minnhom, 337,392 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 61 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Coronavirus, li 4 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġ anzjani nisa ta’ 86 u 89 sena u erba’ anzjani rġiel – tnejn ta’ 66 sena, ieħor ta’ 80 u ieħor ta’ 96 sena, mietu waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus.