Aktar kmieni llum għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, ajruplan żgħir kien involut f’inċident fir-runway prinċipali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma li tim tas-servizzi ta’ salvataġġ u tifi tan-nar tal-mitjar, mar mill-ewwel fuq il-post.
Il-membru tal-ekwipaġġ li kien abbord l-ajruplan, ma sofra l-ebda ġrieħi.
Għaddejja investigazzjoni biex isir magħruf x’ikkawża l-inċident.
Ritratt: Mavio
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI