Fl-aħħar sigħat, fiequ 270 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 118-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,941.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,226,227 doża tal-vaċċin, li minnhom, 336,317 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 70 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Coronavirus, li 4 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, tliet anzjani rġiel ta’ 62, 74 u 82 u anzjana ta’ 92 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus.