“Accepted invitation of the President of the Republic of Malta, of the Civil Authorities and the Catholic Church of the country. His Holiness, Pope Francis will make an appostolic journey to Malta from the second to the third of April 2022.”
In-Nunzju Appostoliku għal Malta Alessandro D’Errico, ħabba ż-żjara li mistenni jagħmel il-Papa Franġisku f’pajjiżna bejn it-tnejn u t-tlieta ta’ April li ġej.
Dawn id-dettalji tahom waqt il-quddiesa Pontifikali li saret fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl Nawfragu li fiha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.
Fil-messaġġ li qara n-Nunzju Appostoliku mis-Santa Sede, ingħad li l-Papa Franġisku se jżur il-Belt Valletta, ir-Rabat, il-Furjana, Ħal Far u l-gżira Għawdxija.
Din iż-żjara se ssir wara li kienet ġiet posposta sentejn ilu minħabba l-pandemija, u se tkun ir-raba’ żjara uffiċjali ta’ Kap tal-Knisja f’pajjiżna wara li l-Papa Ġwanni Pawlu II żar Malta fl-1990 u fl-2001 u s-suċċessur tiegħu l-Papa Benedittu XVI żar Malta fl-2010.
F’kummenti li ta n-Nunzju Appostoliku lil ONE News, mumenti wara li ntemmet il-quddiesa Pontifikali, stqarr kif lill-Papa Franġisku qallu li se jiltaqa’ ma’ poplu ta’ ospitalità kbira.
Qal, “Dice guarda che gli troverai un popolo di grande ospitalità come dici negli atti degli appostoli che puoi diventato il logo. E diventato il logo della visita, no e troverai un popolo di grnade tradizione dici ma io puoi devo venire perché come faccia non venire a Malta che mi sono Paulina per l’ eccellenza.”
L-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna qasam ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet il-ferħ tal-poplu Malti, u rrefera għat-tema ta’ din iż-żjara.
Qal, “Jiena nixtieq nesprimi l-ferħ tal-poplu Malti kollu, naħdmu biex nilqgħu l-Papa ta’ Nsara li aħna, ta’ Maltin u Għawdxin. It-tema ta’ din iż-żjara hija ‘Laqgħuna bi ħlewwa liema bħala’. Jiena persważ li l-poplu Malti ser jagħti merħba kbira lill-Papa u ser jisma’ wkoll il-messaġġ qawwi li jaf jagħti l-Papa Franġisku.”
Il-Prim Ministru Robert Abela li kien preżenti għall-quddies pontifikali, tenna kif din iż-żjara se tkun okkażjoni ta’ għaqda nazzjonali.
Qal, “Naturalment ħa tkun okkażjoni ta’ għaqda nazzjonali u li naturalment tfisser kemm is-Santa Sede tħares b’mod pożittiv lejn pajjiżna u qed nara esperjenza bħal din fejn il-poplu tagħna jkompli jingħaqad u verament nuru kemm għandna dawn il-gżejjer sbieħ. Imma kienet aħbar li verament illum emozzjonat, nistqarr li kienet emozzjonanti ħafna u qed inħares ħafna ’l quddiem. Ġimgħat ta’ preparazzjoni sabiex nilqgħu lill-Papa fostna.”
Din il-konferma mill-Vatikan segwiet iż-żjara li l-Prim Ministru Robert Abela għamel lill-Papa Franġisku f’Ottubru li għadda.