Il-midja internazzjonali rrappurtat kif ir-Russja u l-Belarussja mistennija jibdew għaxart ijiem ta’ eżerċizzji militari flimkien.
Dan meta anke fl-istess ħin hemm bosta mexxejja dinjija bi tħassib kbir li r-Russja se tinvadi lill-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Uffiċjali Amerikani qed iqisu din il-mossa bħala waħda li se tkompli teskala t-tensjonijiet.
Għal aktar minn darba l-Gvern Russu ċaħad li se jinvadi lill-Ukrajna, minkejja li għandu aktar minn mitt elf suldati mal-fruntiera tal-pajjiż Ukren.