Zewg timijet Maltin ghamlu cert mill-kwalifikazjoni ghas-semi finali tal-kampjonati Ewropej tal-Pool li qed isiru f’Kilarney l-Irlanda. Meta ghad jonqos loghba ghat-tmiem tal-loghob tal-gruppi t-timijiet Maltin tal-kategoriji Over 50’s u Under 25’s ghamlu cert mill-kwalifikazzjoni ghas-semi finali tal-kategoriji rispetivi taghhom li se jintlaghbu aktar tard illejla.
Fil-kampjonati ndividwali tal-irgiel zewg players Maltin kisbu post fil-kwarti tal-finali. Dejan Grech gheleb 6-4 lil Richard Gilford ta’ Wales filwaqt li Lydan Debono gheleb lill-irlandiz Robert Brady bl-iskor ta’ 6-5 biex issa fil-kwarti tal-finali Grech jiltaqa’ kontra player tal-Irland ta’ Fuq filwaqt li Debon jilghab kontra player Skocciz.
Dejan Grech, li qieghed jiddefendi t-tiltlu Ewropej tal-kategorija taz-zghazagh ta’ taht il-hamsa u ghoxrin sena, kien protagonista wkoll f’ din l-kategorija meta gheleb lil Nathan Moore 5-2 u kiseb post fis-semi finali kontra l-player Dale Booth tal-Irlanda ta’ Fuq. Fil-kategorija Over 50’s Christ Mills se jilghab fil-kwarti tal-finali kontra l-irlandiz Paul Noonan filwaqt li Alfred Attard kiseb post fis-semi finali tal-kategorija Over 60’s u se jilghab kontra Sonny Flanagan tal-Irlanda.