Trust Stamp, kumpanija internazzjonali li nvestiet f’pajjiżna fi żmien il-pandemija tal-COVID-19 ġiet imniżżla fuq in-NASDAQ li hi wahda mill-akbar boroż finanzjarji madwar id-dinja.
Din se tkun ukoll l-ewwel kumpanija Maltija li ġiet rreġistrat ma’ din il-borża.
Din il-kumpanija li tispeċjalizza fil-biometrika, l-fintech u l-intelliġenza artifiċjali fetħet il-bibien tagħha f’pajjiżna sena u nofs ilu u llum timpjega 36 ħaddiem.
Gareth Genner, Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija spjega lill-Gvern Malti kien u għadu ta’ sostenn għal din il-kumpanija sabiex laħqet is-suċċess imħabbar l-Erbgħa filgħodu flimkien mall-Ministru ghall-Intrapriża Miriam Dalli.
Genner tenna, “Well, you have two different elements, Malta Enterprise took a forwardably looking approach to encourage us to investing and open a research and development centre. But the growth since then is a different sector, we originally employed a dozen people in Malta, but within a month of opening when we saw the quality of team members in Malta, when we saw the entusishiam and work ethics and shared our vision we were determined to grow and that what happened.”
Il-Ministru Miriam Dalli saħqet li dan huwa suċċess kbir għal Malta, dan għaliex l-inizjattivi tal-Malta Enterprise biex tattira aktar start-ups lejn pajjiżna qed tħalli l-frott
Dalli stqarret, “Jiġifieri li jiena nara kumpanija bħal Trust Stamp li hi start up ibażżata f’pajjizna listed fuq in-Nasdaq, għalija hu riżultat ta’ suċċess għax irnexxilna natiraw kumpanija li kienet start-up fi żmien ta’ pandemija, meta ħafna kumpaniji u pajjiżi kienu qed jaqtgħu qalbhom. Pajjiżna minnflok ra kif jinvesti aktar f’dawn it-tip ta’ kumpaniji li huma innovattivi, li qed jgħinu l-ekonomija ta’ pajjiżna u qed jimpjegaw liż-żgħażagħ.”
Intant, NASDAQ huwa suq internazzjonali speċjalizzat fit-teknoloġija u li jinkludi fih uħud mill-akbar kumpaniji internazzjonali tat-teknoloġija, il-biometrika u l-intelliġenza artifiċjali.