Fl-aħħar sigħat fiequ 304 persuni oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 172 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,097.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,225,118-il doża tal-vaċċin, li minnhom, 335,740 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 79 persuna l-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-Covid-19, li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa, anzjana ta’ 92 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.