Taljan ta’ 32 sena ngħata sentenza sospiża wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq diversi oġġetti minn lukanda.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur George Frendo spjegat kif allegatament ir-raġel seraq diversi oġġetti ta’ żewġ persuni oħra minn ġo locker ta’ gym minn lukanda ewlenija f’San Pawl il-Baħar.
Il-valur tal-oġġetti misruqa huwa ta’ aktar minn €2,300.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li ħafna mill-affarjiet li ġew misruqa ġew ritornati lill-vittmi iżda kien hemm xi oġġetti li ma nstabux mill-pulizija.
Permezz tal-Avukat tiegħu, l-akkużat qal li huwa jiddispjaċih għal dak li għamel.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti kkundannat lir-raġel għal sena ħabs sospiża għal sentejn.