Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Grand Prix ta’ Franza.
Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali. Mario Camilleri ta’ Valletta Subbuteo Club kien ir-rebbieħ tal-kategorija tal-veterani. Mario rebaħ il-finali kontra il-belgian tat-tim ST Stembert Eric Threis, bl-iskor ta’ 1-0. Christophe Dheur ta’ Valletta SC wasal sal-kwarti tal-finali fil-kategorija Open.
Il-Ħadd kien imiss il-kompetizzjonijiet tat-timijiet. Malta kienet rapreżentata b’żewġ timijiet Bormla SC u Valletta SC. It-tim ta’ Bormla SC kien magħmul minn Josef Camilleri, Jason Pisani, Tristan Fenech u l-Belġjani Pierre Deeluew u Besim Golger. Bormla Subbuteo Club wasslu sal-kwarti tal-finali fejn ġew megħluba mit-tim taljan Napoli Eagles bl-iskor ta’ 3-0. Valletta Subbuteo Club kienu ftit il-bogħod mill-finali. Valletta SC tilfu s-semifinali kontra SC Charleroi, b’riżultat ta’ 2-2 imma tilfu b’differenza ta’ gowls. Valletta Subbuteo club kien rapprezentat mill-plejers Derek Conti, Mario Camilleri u l-belġjani Christophe Dheur u Ludovic Phontieux.