Il-Maltin magħrufin għall-ġenerożitá tagħhom u dan deher biċ-ċar nhar is-26 ta’ Diċembru f’manifestazzjoni ta’ solidarjetá fl-Istrina.
Fl-ewwel tas-sena, d-Dar tal-Providenza ukoll qed titlob l-għajnuna biex matul din is-sena tkun tista’ tgħin lil nies b’diżabilitá u lill-familjari tagħhom li ukoll jaffaċċjaw numru ta’ diffikultajiet.
F’dawn id-diffikultajiet, id-dar tal-Providenza hija raġġ ta’ tama u daqqa t’id u għalhekk il-poplu Malti huwa mħeġġeġ biex l-ewwel reżoluzzjoni tiegħu tkun li matul din is-sena jibqa’ jgħin lil dawk fil-bżonn, bl-ewwel prova tkun f’din il-maratona.