Disa’ persuni mietu f’mewġa ta’ valangi li seħħew f’sit popolari għall-iskijjar fl-Awstrija.
Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd, aktar minn mitt valanga laqtu wieħed mir-reġjuni f’Tyrol, tant li l-livell ta’ periklu tpoġġa fl-ogħla livell mill-awtoritajiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-awtoritajiet lokali qalu li s-sitwazzjoni hija bla preċedent u wissew dwar il-possibilità ta’ aktar valangi.
Minħabba l-istess valangi kien hemm żewġ imwiet oħra fl-Iżvizzera u hemm ħafna persuni li jridu jiġu salvati.