Mil-lum komplew jonqsu r-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Dan hekk kif pajjiżna beda t-triq biex joħroġ mill-pandemija.
Mil-lum, iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux se jibqa’ jkun mitlub b’mod obbligatorju sabiex wieħed jidħol f’ristoranti, snack bars u anke każini.
Mill-jum tat-Tnejn ser ikun estiż ukoll il-ħin tal-viżitaturi ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Filwaqt li miżura oħra li tneħħiet illum hija dik marbuta ma’ kemm wieħed jista’ jkollu persuni fid-djar.
Dawn il-miżuri se jkomplu jitnaqqsu fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif il-ġimgħa li għaddiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn April jistgħu jsiru tiġijiet b’massimu ta’ 300 persuna bil-wieqfa.
Ma’ dawn, minn April ukoll mistennija jsiru l-festi esterni b’mod responsabbli.
Dawn jistgħu jsiru hekk kif pajjiżna għandu rata b’saħħitha ta’ tilqim bil-booster.