Raġel ta’ 55 sena minn Ħal Balzan weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa, fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Starlet li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ t’20 sena miż-Żejtun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.