Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni llum tiċċelebra is-70 anniversarju mindu bdiet tirrenja r-Renju Unit.
Waqt id-diskors tagħha għall-Ġubilew tal-Platinum tagħha, hija ftakkret fil-wegħda li kienet għamlet, li ħajjitha se tkun qed tiddedikaha għas-servizz tal-poplu tar-Renju Unit.
Semmiet kemm hija ffortunata li għandha familja li ttiha sapport, u raddet ħajr lid-Duka ta’ Edinburgh il-Prinċep Filippu li miet f’April tas-sena l-oħra li għamel sagrifiċċji fl-irwol tiegħu maġenb ir-Reġina.
Hija rrifflettiet dwar il-progress soċjali, teknoloġiku u kulturali fl-aħħar sebgħin sena.
Temmet tgħid li qed tħares ‘il quddiem biex tkompli sservi u rringrazzjat lil kull min matul iż-żmien wera qlubija magħha u qalet li se tibqa’ dejjem grata għal-lealtà li dejjem ġiet murija.
Intant, meta jasal il-mument li ma tibqax tirrenja, qalet li l-Prinċep Karlu jsir Re u martu Camilla ssir reġina tal-isem.