Pollakk ta’ 29 sena residenti x-Xewkija, Għawdex ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn il-mutur tiegħu u vann.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu meta fi Triq Franġisk Portelli, l-Għarb, Għawdex il-vittma kellu impatt bil-mutur tat-tip Yamaha ma’ vann tat-tip Toyota Dyna, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 64 sena mill-Għarb.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.