Hemm pjanijiet li jitwaqqa’ pont storiku f’Rotterdam fl-Olanda biex ikun jista’ joħroġ superyacht li nbena għall-biljunarju Jeff Bezos minn ġot-tarzna.
Il-jott lussuż għall-iktar raġel sinjur fid-dinja, qed jinbena mill-kumpanija Olandiża, Oceanco.
Qed ikun irrappurtat li l-bastiment huwa twil mija u sebgħa u għoxrin metru u allura wisq twil biex jgħaddi minn taħt il-pont ta’ Koningshaven.
Is-sindku ta’ Rotterdam qal li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni biex jitwaqqa’ dan il-pont u ma rċieva l-ebda talba biex dan isir.