Iċ-Ċina ngħaqdet mar-Russja biex topponi l-espansjoni tan-NATO hekk kif iż-żewġ pajjiżi qed jersqu aktar viċin fost pressjoni mill-pajjiżi tal-Punent.
Moska u Beijing ħarġu stqarrija li fiha qablu dwar sensiela ta’ kwistjonijiet, waqt żjara li qed jagħmel il-President Russu Vladimit Putin fiċ-Ċina għall-Olimpjadi.
L-Istati Uniti u n-NATO jinsabu mħassba serjament biż-żieda tal-forzi Russi mal-fruntiera mal-Ukrajna.
Sa issa, ir-Russja dejjem ċaħdet li se tinvadi l-Ukrajna u qalet li t-truppi qegħdin hemm biss għall-eżerċizzji.