Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kienu bosta dawk in-nies li stembħu bil-ħoss tas-silġ iħabbat mat-tieqa. L-Uffiċju Meterjoloġiku kien propju bassar li se jkollna tmiem is-sena bis-silġ u kesħa xxoqq il-għadam.
Rajna deskrizzjonijiet tar-ritratti li poġġew fuq facebook in-nies differenti, hekk kif hemm min ħassu bħal donnu qiegħed jgħix f’wieħed minn dawn il-pajjiżi li naraw f’ħafna kartolini ta’ żmien il-Milied, b’art bajda miksija bil-borra, filwaqt li kien hemm dawk li xejn ma niżlitilhom għasel li tmiem is-sena se jkun kiesaħ u bis-silġ hekk kif illejla beħisbhom jerħula lejn iċ-ċelebrazzjonijiet fil-ftuħ.
Iżda kif jgħid il-Malti, xemx u xita Alla jaf meta u għalhekk illejla aħjar toħroġ umbrella miegħek u tilbes l-eħxen kowt hekk kif il-kesħa mistennija tippersisti u minjaf forsi mat-tokki ta’ nofs il-lejl tbierkek is-sema.
Ritratt: Balskay