Lejlet il-ġurnata internazzjonali ddedikata għall-kanċer tqassmu ħamsa u sittin elf ewro li nġabru waqt il-kampanja Pink October Movember.
Dawn tqassmu lil organizazzjonijiet differenti li jassistu lil persuni u l-membri tal-familja ta’ dawk li jkunu qed jissieltu kontra l-marda kiefra tal-kanċer.
Ingħataw ukoll fondi liċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
F’konferenza tal-aħbarijiet iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat stqarret kif din id-darba l-kampanja kellha għan edukattiv ukoll.
Dan filwaqt li rringrazzjat lil kull min kien ta’ sostenn għal din il-kampanja.
Dr Danika Marmara, Direttur tal-Cancer Care Pathways spjegat kif wara stħarriġ li sar irriżulta li kien hemm xewqa kbira mill-pubbliku sabiex ikunu mgħarrfa kif jistgħu jiċċekjaw lilhom infushom sabiex wieħed jaqbad każijiet ta’ kanċer mill-bidu.