Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech qed jattakka pakkett ta’ stimolu ekonomiku ta’ €70 miljun li l-Gvern qed jinvesti fin-nies.
Dan innutah fi stqarrija l-Partit Laburista li qal hekk jagħmel min jadotta politika tal-passat u jkun negattiv.
Apparti l-investiment ta’ €70 miljun fin-nies, il-Partit Laburista fakkar ukoll fil-ħemel ta’ miżuri li l-Gvern Laburista għamel waqt il-pandemija, fosthom il-Wage Supplement b’investiment ta’ €700 miljun u €100 miljun f’vouchers, barra miżuri oħra tal-Budget.
“L-ironija hi li dawn huma kollha inizjattivi li l-Kap tal-Oppożizzjoni sejħilhom tberbiq ta’ flus. Ironija ikbar hi li meta l-Partit Nazzjonalista għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta biss ħames bozoz”, saħaq il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista nnota li llum il-Gvern żamm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u kompla jinvesti fin-nies.
“Id-differenza fit-tmexxija qatt ma kienet ċara daqs illum”, irrimarka l-Partit Laburista.