Il-Gvern Amerikan ta’ Joe Biden ħabbar li se jintbagħtu kważi 3,000 suldat Amerikan fil-Lvant tal-Ewropa.
Dan minħabba t-tensjonijiet li hemm bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn it-truppi ntbagħtu fil-Polonja u r-Rumanija u jingħaqdu mat-8,500 suldat Amerikan, li ntbagħtu x-xahar li għadda minħabba dawn it-tensjonijiet.
It-truppi Amerikani qed jintbagħtu f’pajjiżi viċin l-Ukrajna, minħabba li dan il-pajjiż tal-aħħar mhuwiex parti min-NATO.