Alessandro Cattelan, Laura Pausini u Mika se jkunu qed jippreżentaw il-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju li ġej f’Turin, fl-Italja.
L-aħbar ingħatat uffiċjalment waqt is-serata tal-Erbgħa filgħaxija ta’ Sanremo minn Amadeus.
It-tliet preżentaturi tal-Eurovision li ġej dehru eċitati li se jkunu qed jippreżentaw l-akbar spettaklu televiżiv fid-dinja, b’miljuni ta’ nies isegwuh.
Ir-RAI qed jorganizza l-Eurovision li ġej wara r-rebħa ta’ Måneskin fil-Eurovision tas-sena l-oħra f’Rotterdam.
Mitt jum ’l bogħod mill-ewwel serata tal-Eurovision, fit-teatru Ariston fejn isir Sanremo, kien hemm anki preżenti s-Sindku ta’ Turin.
Ritratt: RAI