Edith Bugeja ammettiet li fil-31 ta’ Diċembru li għadda serqet oġġetti b’valur ta’ €450 minn dar ta’ mara li qabditha biex taħslilha.
Il-Qorti nnotat li filwaqt li l-mara ammettiet mill-ewwel u għandha kondotta netta, hija kisret il-fiduċja tal-mara li daħħlitha f’darha.
Ingħad li l-mara rritornat xi oġġetti misruqa iżda għadha ma rritornatx kollox.
Il-Qorti kkundannat lil mara għal sena ħabs sospiżi għal sentejn.