Raġel beda jgħajjat kontra t-tagħlim tal-Knisja waqt l-udjenza tal-Papa fil-Vatikan.
Filmat wera raġel iqum bil-wieqfa u jgħajjat waqt li kien qed jitkellem il-Papa.
Minnufih il-Pulizija kellmet lir-raġel u eskortatu ’l barra.
Wara Papa Franġisku qal li dan ir-raġel qed ibati u jeħtieġ li nitolbu għalih.
“Dan wieħed minn ħutna u qed ibati u għalhekk nitolbu għalih”, qal il-Kap tal-Knisja Kattolika.
🇻🇦 A shouting man denouncing the Church disrupts an audience by Pope Francis at the Vatican, before being escorted outside by police.
— euronews (@euronews) February 2, 2022
The Pope offered to pray for the man, saying "we must not be deaf to this brother's needs". pic.twitter.com/mARHWz32Gu