Raġel ta’ 42 sena tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fil-Gudja.
ll-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti l-Qrendi u mutur Kawasaki Z300 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Gudja.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.