Il-President Russu, Vladimir Putin akkuża lill-Istati Uniti li qed jipprovaw idaħħlu lil pajjiżu fi gwerra mal-Ukrajna.
Fl-ewwel kummenti tiegħu f’numru ta’ ġimgħa dwar il-kriżi, Putin qal li t-tir tal-Amerka kien li tuża konfrontazzjoni bħala skuża biex timponi aktar sanzjonijiet fuq ir-Russja.
Huwa qal ukoll li l-Istati Uniti qed jinjoraw it-tħassib tar-Russja dwar il-forzi tal-alleanza tan-NATO fl-Ewropa.
It-tensjoni tinsab fl-aqwa tagħha wara żieda fit-truppi Russi mal-fruntiera mal-Ukrajna.