Wara laqgħa llejla bejn il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President Ukren Volodymyr Zelensky, il-Gvern Ingliż qal li r-Renju Unit se jkun ta’ spalla għall-Ukrajna.
F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-laqgħa bejn Johnson u Zelensky, f’Kyiv, il-Prim Ministru Ingliż qal li l-Punent lest biex jimponi sanzjonijiet fuq ir-Russja malli suldat Russu jirfes art Ukrena.
“Huwa importanti li r-Russja tagħżel it-triq tat-taħdidiet flok t’aggressjoni u l-Punent lest għad-djalogu”, saħaq Johnson.
Qal li t-truppi armati Russi mal-fruntiera Ukrena huma l-aktar forma t’aggressjoni li rajna mir-Russja f’ħajjitna.