Il-Kap tal-Oppożizzjoni, li qabel daħal fil-politika ma kienx iħallas it-taxxi, qed jitkaża għax numru ta’ avukati tħallsu għax ħadmu, u ħallsu t-taxxa.
Dan innutah fi stqarrija l-Partit Laburista li żied jgħid li biex jattakka lill-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jmur lura għall-kuntratt li ngħata fis-sena 2001, fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista.
“Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech irid jibbaża l-kampanji tiegħu fuq il-qerq. Hekk jagħmel min ikun f’paniku. Hekk jaġixxi min mhux kredibbli”, temm jgħid il-Partit Laburista.