Albaniż ta’ 32 sena ndarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu fi Triq il-Mitjar, Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjtament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.